Stephanie Hili

Stephanie Hili

This slideshow requires JavaScript.

L-Esperjenza ta’ Stephanie ġewwa ż-Zambia…

“L-esperjenza tiegħi ġewwa ż-Zambia kienet l-isbaħ esperjenza li kelli s’issa f’ħajti, u m’hu se ninsa qatt dawk il-mumenti tant sbieħ li qattajt mal-oħrajn f’dawk il-ġimgħatejn. Il-ġranet li qattajna naħdmu fuq dan il-proġett kienu jkunu mimlijin minn filgħodu sa filgħaxija, pero kull pass li għamilna hemm se jibqgħu ma’ qalbi għal dejjem!

Grazzi għal din l-esperjenza, illum -il ġurnata sirt napprezza wisq dak li jkolli speċjalment meta niftakar li huma foqra u jgħaddu minn ħafna tbatija kuljum, u xorta waħda dejjem bi tbissima sabiħa fuq wiċċhom!

Ħa nibqa’ ngħożż il-mumenti speċjali li kelli l-opportunita’ nqatta’ ma’ dawk it-tfal kemm żgħar u kbar, li kienu wisq ħelwin – speċjalment meta kienu dejjem jistennewna imorru fejn l-iskola biex nagħmlu ġurnata magħhom u minn x’ħin kienu jarawna ma kienux ikunu iridu jitilquna!

Ix-xewqa li għandi issa hija li l-quddiem nerġgħa nżur il-post ġoż-Zambia fejn għamilna dan il-Proġett – speċjalment minħabba d-dwejjaq li għamilt dik il-ġurnata meta tlajna fil-vann biex niġu lura Malta, u t-tfal kollha li hemm bdew jiġru wara l-vann, ixejjru u jgħidulna bye bid-dmugħ f’għajnejhom!”